Ġie inawgurat laboratorju ġdid tal-ġerantoloġija fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule. Dan il-laboratorju għandu l-għan li fi żmien 24 siegħa, l-anzjani kollha jkollhom dentatura.
Dan il-laboratorju se jkun qed jagħti l-opportunita’ wkoll lil studenti ta’ dentistrija biex jitħarrġu f’dan is-settur.
Innovazzjoni interessanti li hija possibbli permezz ta’ dan il-laboratorju ġdid, hija li kull dentatura se jkollha l-isem tar-resident fuqha, li jfisser, li se tiġi indirizzata l-problema li diversi dentaturi kienu qed jintilfu.