L-ebda virus tal-COVID-19 ma ħareġ mil-laboratorji fiċ-Ċina bi żball.
Dan ħareġ minn studju li sar minn tim internazzjonal li qed jinvestiga l-oriġini tal-virus tal-COVID-19.
Bħalissa bosta esperti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qegħdin f’Wuhan sabiex jitwettqu spezzjonijiet fil-laboratorji u jinvestigaw l-oriġini tal-virus tal-COVID-19 u kif faqqgħet il-pandemija.