Il-Laboratorju tal-Viroloġija tal-Isptar Mater Dei ġie akkredidat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.
Dan huwa wieħed mill-laboratorji li jaqa’ taħt id-dipartiment tal-Patoloġija, hu janalizza testijiet tal-mikropi li jittieħdu minn viruses fosthom influwenza, ħożba u ħożba Ġermaniza.
Chris Barbara, direttur tal-patoloġija, qal li minn Settembru ‘l hawn sabu tmien każijiet tal-influwenza. It-tilqima bdiet tingħata diġa u qed nsibu li H13 li diġa qeda fit-tilqima.
B’hekk dan il-laboratorju huwa fost mitejn laboratorju minn madwar id-dinja li skond l-għaqda dinija għas-saħħa qed juzaw l-ogħla standards bħal laboratorji fl-isptarijiet tal-Italja , Londra u l-Iżvezja.
L-akkredidazzjoni ingħatat ukoll wara li l-laboratorju investa f’aktar appart ġdid, li tati riżultati immedjatament kif spjegalna id-direttur ta’ dan id-dipartiment.
Fiż-żjara li għamel l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne innota l-mod professjonali li jaħdmu fih il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Patoloġija. Tkellem dwar l-importanza taċ-ċertifikat mill-għaqda dinija tas-saħħa għall-qasam tas-saħħa.
https://www.youtube.com/watch?v=b4MZiLzVBAg