Laboratorju fil-belt Awstraljana ta’ Sydney ħareġ riżultati skorretti għal testijiet tal-Covid-19 lil mijiet ta’ persuni.
Huma infurmaw lil iktar minn 800 persuna li rriżultaw fin-negattiv meta fil-verità kienu pożittivi għall-Covid-19.
Uffiċjali fi ħdan il-laboratorju qalu li d-domanda għal test fiċ-ċentri tal-ittestjar wassal biex ikun hemm xogħol b’lura.
Għall-bidu, il-laboratorju ammetta li ħareġ 400 riżultat ħażin f’Jum il-Milied li ġew innotifikati bir-riżultat korrett f’Boxing Day iżda l-ammont ta’ nies b’riżultat ħażin issa tela’ għal 886.
L-istat Awstraljan ta’ New South Wales ra żieda qawwija fl-ammont ta’ infezzjonijiet wara l-wasla tal-varjant Omicron fil-pajjiż.