Il-Ministeru għall-Edukazzjoni flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika nedew linji gwida ġodda bil-għan li titnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-Coronavirus ġaladarba jiftħu l-iskejjel aktar tard dan ix-xahar.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-iskola sekondarja ta’ Ħal-Kirkop, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar kunċett ġdid fejn it-tfal tal-klassi se jibqgħu flimien mingħajr taħlit tul il-ġurnata tal-iskola.
Dr. Fabri spjega: “Waqt li fil-primarja huwa aktar faċli fl-iskejjel medji u sekondarji se ndaħħlu miżuri biex il-gruppi jkunu protetti. Se ndaħħlu miżuri li mhux imdorrijin daqstant bihom. Sal-lum ħafna mill-iskejjel huma tat-teacher imma issa l-klassi ġejja tat-tfal. Qed insemmi waħda minn sensiela.”
Dr. Fabri kompla jispjega li tfal ma jifilħux m’għandhomx jitħallew imorru l-iskola u spjega wkoll li minħabba ċirkostanzi straordinarji, ġenituri li ma jibgħatux lit-tfal l-iskola se jkunu eżentati minn penali li kienu daħlu fis-seħħ tul is-snin.
Huwa kompla jispjega: “Il-Ministeru se jemenda l-policy marbuta mal-attendenza. Aħna fl-interess tagħna li l-familji nkunu magħhom nissaportjawhom u nkomplu ngħinuhom kif għamilna meta għalqu sabiex l-istudenti jkomplu jlaħħqu mal-bqija tal-istudenti.”
Ġie spjegat li l-attendenza tat-tfal vulnerabbli jew tat-tfal b’ġenituri vulnerabbli se tiġi tiġi diskussa każ każ mat-tabib tat-tfal u l-amministrazzjoni tal-iskejjel.
Fabri sostna li biex jiġi żgurat li tinżamm id-distanza soċjali l-iskejjel se jkunu qed jutilizzaw spazji li s-soltu ma jservux bħala klassijiet. Spjega wkoll li fejn jista’ l-homework se jibda jsir b’mod virtwali.
Spjega wkoll li t-tfal li joqogħdu sa kilometru u nofs ‘l bogħod mill-iskola huma mħeġġa jmorru bil-mixi.
Min-naħa tagħha s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, l-Professur Charmaine Gauci spjegat li l-kunċett tal-maskri u żamma tad-distanza soċjali għandhom jibqgħu jiġu mħarsa. Dan jgħodd ukoll għal tfal li jkunu fil-ħin tal-break.
Prof. Gauci saħqet: “Il-maskri li hemm aħna għandna għodda f’idejna biex inaqqsu r-riskju ta’ trażmissjoni u dawn il-gwidi jgħidu li tfal ta bejn 3 u 11-il sena jilbsu maskli waqt li jkunu ħarġu mill-klassi jew marru f’post fjnn setgħu ltaqgħu ma xi ħadd ieħor barra mill-bubble tiegħu.”
Dwar it-trasport, il-Professur Gauci spjegat li wara kull traġitt il-vann għandu jiġi mnaddaf u t-tfal għandhom jibqgħu bil-maskra tul il-vjaġġ kollu.
F’każ li ġo skola jfeġġ każ ta’ COVID-19 kull skola se jkun hemm uffiċċjal inkarigat mill-intraċċar tal-kuntatti bil-għan li jkun jista’ jassisti lid-Dipartiment tas-Saħħa.
https://www.one.com.mt/2020/09/02/ara-s-sett-ta-linji-gwida-ghal-ftuh-tal-iskejjel/