L-Urugan Irma qed jaffettwa l-kosta tal-Punent ta’ Florida, wara li għadda minn fuq Miami, b’għargħar perikolużi tul meded twal tal-kosta.
L-urugan tbaxxa minn kategorija tlieta għal kategorija wieħed, iżda xorta għandu irjiħat b’saħħithom li jleħqu l-mija sebgħa u tletin kilometru fis-siegħa. Iktar minn tlett miljun u erba mitt elf dar jinsabu bla dawl, b’diversi żoni fil-belt ta’ Miami mgħerqin taħt l-ilma.
Tlett imwiet marbuta mal-maltemp kienu rrappuratati, filwaqt li f’ċertu żoni hemm ordni biex ma joħorġux minn djarhom.