Minn tal-inqas għaxar persuni mietu fl-istat Amerikan ta’ Florida kawża tal-urugan Ian.
Dan ikkonfermawh uffiċjali filwaqt li qalu li dan l-ammont mistenni jkompli jikber hekk kif l-urugan qed ikompli jitqawwa.
Il-President Amerikan Joe Biden wissa li dan l-urugan kapaċi jkun l-aktar urugan perikoluż fl-istorja ta’ Florida.
Filfatt aktar minn żewġ miljun persuna bħalissa qed isofru minn qtugħ ta’ dawl fid-djar u n-negozji tagħhom.
Iċ-ċentru nazzjonali Amerikan tal-Urugani qal li l-Urugan Ian għandu fil-mira tiegħu l-istati ta’ North u South Carolina.