L-urugan Harvey wasal f’Texas b’irwiefen qawwija li laħqu l-mitejn u ħmistax-il kilometru fis-siegħa b’konsegwenzi fuq iż-żoni kostali.
Il-maltempata qed tkun meqjusa bħala l-agħar waħda f’Texas fl-aħħar tnax-il sena hekk kif mistennija tinżel mal-metru ta’ xita.
Il-President tal-Istati Uniti, Trump iffirma proklamazzjoni tal-istat dwar id-diżastri, li ser tillibera għajnuna federali għaż-żoni l-iktar milquta.
Il-gvernatur ta’ Texas, Greg Abbott wissa dwar għargħar record f’għadd ta’ reġjuni.
L-urugan ta’ kategorija erbgħa diġa wassal biex waqgħu numru ta’ siġar f’Corpus Christi b’eluf ta’ residenti telqu minn djarhom u ħarbu.
Is-sindku ta’ Rockport fil-qrib, Patrick Rios ħeġġeġ lil madwar għaxart elef persuna li għadhom ma evakwawx biex jagħmlu dan immedjatament.