Fi Houston f’Texas, l-għargħar qed ikompli wara xita qliel li niżlet b’riżultat tal-uragan Harvey.
L-uragan li nbidel f’maltempata tropikali laqat l-aktar lil Louisiana bil-belt Amerikana l-oħra ta’ Houston mistennija tara mat-tletin ċentimetru għoli ta’ ilma.
Minn tal-inqas disa’ persuni tilfu ħajjithom fi Houston fosthom sitt membri tal-istess familja wara li pruvaw jaħarbu mill-għargħar.
Kelliem għal pulizija fil-belt milquta saħaq li s-sitwazzjoni hija waħda traġika u jaf hemm iżjed mejta li jinstabu wara li l-maltempata mistennija tbatti.