L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ingilterra ħareġ twissija ta’ “potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja”, hekk kif l-Urugan Ophelia qed jersaq lejn ir-Renju Unit b’irwiefen li jlaħħqu l-130 kilometru fis-siegħa.
Twissija simili ħarġet għan-naħa ta’ fuq tal-Irlanda, fejn l-iskejjel kollha mistennija jgħalqu fit-15:00.
Qed ikun imbassar li kawża tal-uragan, bosta partijiet fir-Renju Unit u l-Irlanda se jsofru minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku, mewġ qawwi u periklu kbir għal min joħroġ barra.
Il-linji tal-ajru Ryanair u Aer Lingus ikkanċellaw numru ta’ titjiriet minħabba l-maltemp.
Ir-Renju Unit ilu ma jesperjenza maltemp qawwi bħal dan mill-1987, meta kien hemm l-hekk imsejħa “Il-Maltempata l-Kbira”, li kienet ħalliet tmintax-il persuna bla ħajja.