Stati Amerikani fil-Golf tal-Messiku huma għal darb’oħra fuq stat ta’ twissija hekk kif l-Uragan Nate qed joqrob lejhom.
Partijiet mill-belt ta’ New Orleans, meqruda mill-Uragan Katrina 12-il sena ilu, qed jiġu evakwati.
Nate diġa’ qatel mill-inqas 23 persuna hekk kif għadda min-Nikaragwa, il-Kosta Rika u l-Ħonduras bħala maltempata tropikali.
Minn dakinhar issaħħaħ u sar uragan ta’ Kategorija 1, li għalkemm mhux qawwi daqs Maria u Irma tal-aħħar xahar, xorta se jġib irjieħ qawwija u turbazzjonjiet fil-kurrent tal-elettriku.
Ġiet maħruġa twissija ta’ uragani għal partijiet mill-Kosta tal-Golf minn Louisiana għal Alabama, fost twissijiet ta’ għargħar li jista’ jhedded il-ħajjiet.