L-uragan Maria ssaħħaħ għal maltempata potenzjalment katastrofika f’kategorija ħamsa, li laħqet il-gżira ta’ Diminica b’riħ b’qawwa ta’ 260 kilometru fis-siegħa.
Fost dawk milquta, kien hemm il-Prim Ministru Roosevelt Skerrit li qal li l-bejt tar-residenza tiegħu spiċċa espost għall-uragan u li d-dar tiegħu tinsab mgħerrqa.
Il-portijiet u l-ajruport ta’ Dominica ngħalqu minħabba l-periklu. Dan l-uragan qed jgħaddi minn fejn għadda l-urugan katastrofiku, Irma, li diġà ikkawża ħsarat kbar u ħalla numru ta’ persuni mejta f’dan ix-xahar.