L-Uragan Irma issa qed iħalli ħerba sħiħa f’Kuba wkoll, permezz ta’ riħ qawwi u xita qalila.
Dan wara li qered diveri gżejjer tal-Karibew.
L-uragan issa miss l-art fil-Grigal ta’ Kuba bħala maltempata ta’ kategorija ħamsa.
Fi Florida, ħames miljun u sitt mitt elf persuna, jiġifieri ħamsa u għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni tal-istat, kienu ordnati jitilqu minn djarhom hekk kif il-maltempata qed tkompli toqrob.
S’issa huwa magħruf li minn tal-inqas għoxrin persuna tilfu ħajjithom fil-Karibew.