Mas-sitt miljun u ħames mitt elf dar fi Florida, żewġ terzi tat-total jinsabu mingħajr elettriku.
Dan wara li l-uragan Irma kkawża kaos sħiħ, bl-inġiniera qed jaħdmu biex iġibu lura għan-normal u kemm jista jkun malajr, is-sistema tal-elettriku.
Il-gżejjer ta’ Florida Keys u partijiet fil-punent tal-istat fl-Istati Uniti kellhom l-aktar konsegwenzi ħorox ta’ dan l-uragan ta’ kategorija erbgħa.
S’issa qed ikunu rrapurtati mill-inqas erba mwiet mill-maltempata ta’ Florida filwaqt li fl-aħħar ġimgħa l-uragan wassal għall-mewt ta’ mill-inqas sebgħa u tletin persuna fil-gżejjer tal-Karibew.