L-uragan Irma ħalla minn tal-inqas seba’ persuni mejta filwaqt li ġarraf għadd ta’ binjiet f’numru ta’ territorji Franċiżi fil-Karibew.
L-uragan ħalla effetti katastrofiċi fuq il-gżira żgħira ta’ Barbuda filwaqt li t-territorju Franċiż ta’ St Martin inqered. L-Awtoritajiet qalu li l-probabiltà hija li n-numru ta’ persuni mejta jiżdied.
Intant, żewġ maltempati oħra żviluppaw f’uragani. L-uragan irma huwa l-iżjed uragan qawwi possibbli u mistenni jilħaq lil Puerto Rico.
Aktar minn nofs il-popolazzjoni li tgħix fuq din il-gżira spiċċaw mingħajr dawl wara li l-uragan ikkawża ħsarat estensivi. Bl-uffiċjali jgħidu li huwa mistenni li l-gżira tibqa’ mingħajr dawl għal numru ta’ ġranet.