Kaxxa safra li fuqha jkollha miktub ‘unloading’ ifisser li qiegħda hemm biex tipparkja fiha u tħott. Tgħidulna, mhux ovvja! Le mhix.
Ħares ftit lejn dan ir-ritratt dalgħodu fil-Gżira, post li diġa’ jiġbor ħafna traffiku. Sid il-vann għażel li jipparkja f’nofs ta’ triq b’kull inkonvenjent li jġib miegħu meta għandu post mdaqqas biex suppost daħal komdu u ma tellef lil ħadd. Bħalma nappellaw lis-sewwieqa biex ‘unloading’ iħalluh għal min iwassal ix-xogħol nappellaw lil min suppost jipparkja fih biex jużah.
Għax ftit ftit aħna wkoll inkunu qed ngħinu biex jiżdied it-traffiku, anke jekk it-tgergir kollu jaqilgħu l-Ministru Mizzi.
Osservazzjoni ta’ Shaun Formosa