L-Istati Uniti u diversi gvernijiet Ewropej talbu għall-ħelsien tal-kritiku tal-Gvern ta’ Vladimir Putin, Alexei Navalny.
Navalny inżamm mill-pulizija eżatt kif wasal Moska mill-Ġermanja nhar il-Ħadd. L-attivist kien qed jirritorna lejn il-pajjiż ħames xhur wara li kien kważi nqatel kawża ta’ vvalenar.
Fuq dan il-każ is-swaba’ qed jippuntaw lejn il-Gvern Russu.
Putin dejjem ċaħad l-avvelenament ta’ Navalny.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, qal li l-awtoritajiet Russi kienu qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-kritiċi tagħhom.
Pompeo appella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Alexei Navalny.