L-Unjoni Ewropea twissi lit-Turkija li ser timponi sanzjonijiet fuqha dwar provokazzjoni u pressjoni fuq il-Greċja rigward riżorsi tal-enerġija u l-fruntiera marittima.
Waqt laqgħa tal-mexxejja Ewropej fi Brussell, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen talbet lill-kapitali Torka sabiex tastjeni minn azzjonijiet unilaterali fl-Lvant tal-Mediterran.
Iktar kmieni, it-Turkija u l-Greċja niedu hotline militari sabiex inaqqsu r-riskju ta’ kunflitti fir-reġjun.
It-tensjoni żdiedet iktar kmieni din is-sena wara li t-Turkija bagħtet bastiment f’żona li fiha hemm kwistjoni ta’ liema pajjiż hi sabiex tfittex għaż-żejt u l-gass.