Il-Kummissjoni Ewropea qed tappella lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex tagħti multi lill-Polonja.
Dan wara li l-Polonja ma segwietx ordni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’Lulju li għadda, dik li tissospendi s-sistema ta’ kif tkun maħtura l-ġudikatura f’dan il-pajjiż.
Minkejja din l-ordni, il-Polonja baqgħet tippersisti b’din il-ħatra, li nstab li tmur kontra l-liġijiet Ewropej.
It-Tlieta wkoll, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra formali lill-Polonja dwar dan.
F’April li għadda, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li l-Gvern Malti ma kienx qed jikser il-liġi Ewropea bl-għażla tal-ġudikanti.
Dan f’każ li fetħu tar-Repubblika, permezz tal-Avukati tagħha Simon Busutill, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.
Il-Qorti Ewropea nnutat li Malta qatt ma ħadmet kontra s-saltna tad-dritt u l-liġi Ewropea.
Filwaqt li bil-kontra għall-każ ta’ Malta, dan il-każ fuq il-ġudikatura fil-Polonja nfetaħ mill-Unjoni Ewropea.