L-Unjoni Ewropea ħabbret li se tkun qed timponi tariffi fuq l-Istati Uniti b’ritaljazzjoni wara li l-President Amerikan Donald Trump kompla jżied il-kruċjata li joħloq gwerra kummerċjali dinjija.
Il-kummissjoni Ewropea qalet li hekk kif illum jidħlu fis-seħħ it-tariffi ta’ Trump, mill-1 ta’ April se jkunu qed jimponu kontro miżuri li mistennija jaffettwaw €26 biljun ta’ prodotti mill-Istati Uniti.
Dawn it-tariffi mhux se jkunu qed jaffettwaw biss il-ħadid u l-aluminium mill-Amerika iżda anke tessuti, appliances tad-dar u prodotti agrikoli.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li t-tariffi ta’ 25% li qed jimponi Trump fuq il-ħadid li jkun esportat lejn l-Istati Uniti huma restrizzjonijiet kummerċjali mhux ġustifikati u li l-Unjoni Ewropea trid tieħu azzjoni sabiex tipproteġi kemm lill-konsumaturi kif ukoll in-negozji.
Filwaqt li qalet li l-UE jiddispjaċiha għal din il-miżura, tenniet li huma lesti li jidħlu f’diskussjonijiet bis-sens.