Fi stqarrija, l-Unjoni Ewropea appellat lill-President Amerikan Donald Trump sabiex jikkonsidra d-deċiżjoni li jtemm ir-relazzjoni tal-Istati Uniti mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
L-Unjoni Ewropea permezz tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà Josep Borrell qalet li bis-solidarjetà bejn il-pajjiżi kollha tista’ tkun miġġielda din il-pandemija. Qalu wkoll kif l-Unjoni Ewropea tat fondi lil din l-għaqda sabiex tiġġieled l-imxija tal-Coronavirus.
Il-President Amerikan qal li se jtemm din ir-relazzjoni, hekk kif qal li ċ-Ċina għandha kontroll totali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.