In-negozjaturi fi ħdan l-Unjoni Ewropea waslu għal ftehim fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Dan se jwassal biex ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jsiefru minn pajjiż għal ieħor b’mod sigur.
Dawn qablu li ċ-ċertifikat għandu jibda jintuża mill-ewwel ta’ Lulju u se jingħata b’mod tradizzjonali, jiġifieri fuq karta jew anki b’mod diġitali.
Dan iċ-ċertifikat se jkollu karatteristiċi ta’ sigurtà biex jagħmilha iżjed diffiċli li wieħed jiffalsifikah.
Dan iċ-ċertifikat se jkun validu għal dawk li jkunu tlaqqmu bit-tilqima, dawk li jkunu ttestjaw negattiv sa 72 siegħa qabel jew inkella dawk li kienu pożittivi għall-virus u mbagħad l-immunità tagħhom għall-virus, telgħet.