Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea approvaw it-tmien pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja ta’ Vladimir Putin.
Fost il-miżuri li hemm f’dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet hemm li prezz massimu fuq taż-żejt Russu.
Dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet kien tħabbar eżatt wara li erba’ reġjuni Ukreni ttieħdu mir-Russja.
Dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet jinkludi wkoll projbizzjoni ta’ importazzjoni u esportazzjoni u anki miżura oħra li tippreveni milli ċittadini Ewropej ikunu f’bordijiet ta’ kumpaniji Russi.
Fir-Russja, il-fjuwils fossili huwa l-aktar sors ta’ dħul, hekk kif jammonta għal 45% tal-baġit ta’ dan il-pajjiż.