L-Unjoni Ewropea ħabbret sett ta’ rakkomandazzjonijiet għal-istati membri tagħha li qed jippreparaw sabiex joħorġu minn lockdown.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea tenniet li kundizzjonijiet prinċipali huma sabiex ikun hemm nuqqas sinifikanti ta’ infezzjonijiet, sistema tas-saħħa suffiċjenti u moniteraġġ adegwat.
Von Der Leyen appellat sabiex dawk li qed joħorġu mill-lockdown, jagħmlu dan b’mod gradwali u b’moniteraġġ kontinwu.