L-Unjoni Ewropea mistennija tintensifika s-sanzjonijiet kontra l-Belarus b’reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni, li kulma jmur qed tikber, mal-fruntieri tal-Polonja.
L-ogħla Diplomatiku tal-Unjoni Ewropea, Joseph Borrell ikkonferma dan il-pjan u qal li migranti vulnerabbli qed jiġu sfruttati fi gwerra bierda li qed tintensifika.
Il-Belarus qed tiġi akkużata li qed timbotta l-migranti mal-fruntieri biex timmina s-sigurtà.
Tul il-jum tat-Tnejn, mijiet ta’ migranti ġew blukkati milli jaqsmu minn truppi Pollakki.