L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li tibgħat għajnuna militari lill-Ukrajna.
Dan tħabbar mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea Josep Borrell permezz ta’ kitba fuq Twitter.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal kif il-Ħadd mistenni jkun hemm laqgħa oħra tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea.
Borrell qal li huwa hawnhekk se jipproponi pakkett biex jgħin lill-armata Ukrena.
Huwa qal li dan qed isir bħala appoġġ lejn il-ġlieda tagħhom kontra t-truppi Russi.