L-Unjoni Ewropea għadha m’għamlitx biżżejjed biex iżżid il-produzzjoni tal-armi fid-dawl tal-isfidi ġeopolitiċi.
Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waqt konferenza dwar is-sigurtà fi Praga.
B’dan id-diskors tal-Ġimgħa jkompli jikkonferma li d-difiża se jkun ta’ prijorità għall-Unjoni Ewropea, f’din il-leġiżlatura l-ġdida, li bdiet wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
B’waħda mill-affarijiet li se ddaħħal fis-seħħ il-President tal-Kummissjoni Ewropea, hi dik tar-rwol ġdid ta’ Kummissarju Ewropew għad-Difiża.