L-Unjoni Ewropea qed tippjana li tintervjeni b’mod urġenti fis-suq tal-enerġija tal-kontinent Ewropew, kawża taż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija.
Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, f’diskors li għamlet f’konferenza fl-Islovenja.
Von der Leyen qalet li din il-kriżi qed toħloq il-problemi fuq il-familji Ewropej u qed taqbeż il-limiti fis-suq tal-enerġija.
Hija qalet li l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem sabiex ikun hemm riforma fis-suq tal-enerġija sabiex dan ikun jiflaħ għal din il-kriżi.
Din il-kriżi seħħet minħabba l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, li kawża tagħha kien hemm żieda alarmanti fil-prezzijiet tal-enerġija wara li l-Gvern Russu beda jnaqqas il-provvista tal-gass li jasal fil-kontinent Ewropew.