L-Unjoni Ewropea ħadet azzjonijiet dixxiplinarji bla preċedent kontra l-Polonja, hekk kif qed jingħad li r-riformi ġudizzjarji li hemm ippjanati jheddu is-saltna tad-dritt.Qalet li tlettax-il liġi ġdida f’sentejn ippermettew lill-gvern biex jindaħal b’mod sinifikanti fil-ġudikatura.
Il-Polonja ngħatat tlett xhur biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet.
Iżda l-gvern konservattiv Pollakk qal li d-deċiżjoni kienet waħda politika. Intqal li r-riformi kienu meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-ineffiċjenzi u l-korruzzjoni.