L-Unjoni Ewropea qablet dwar aktar sanzjonijiet kontra r-Russja.
Dan huwa l-ħames pakkett ta’ miżuri ristrettivi mill-Unjoni Ewropea li huwa mmirat biex iżid il-pressjoni ekonomika fuq ir-Russja bil-għan li jonqos l-iffinanzjar għall-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Fost il-miżuri hemm projbizzjoni ta’ importazzjoni f’kull forma ta’ faħam u projbizzjoni sħiħa tat-tranżazzjonijiet u ffriżar tal-assi fuq erba’ banek Russi.
Intant, mhux eskluż li jidħlu fis-seħħ aktar sanzjonijiet filwaqt li l-Unjoni Ewropea qalet li se tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importanzzjoni tal-enerġija mir-Russja.