L-operat tal-Università se jinbidel għall-wieħed aktar demokratiku, parteċipattiv u awtonomu.
Dan hekk kif l-abbozz tal-att il-ġdid dwar l-Universita’ ta’ Malta li ġie ppublikat, ser inaqqas is-saħħa tal-Gvern fl-operat u d-deċizjonijiet tal-Universita’ sabiex jiżdied l-irwol tal-istudenti u l-istaff akkademiku.
Dan hekk kif in-numru ta’ membri tal-Kunsill innominati mill-Gvern ser jinżel minn erbatax għal seba. B’ dawn is-siġġijiet issa ser jimtlew minn studenti u partijiet oħra mhux governattivi.
Bil-liġi proposta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, r-Rettur ser jiġi elett mill-Kulleġġ Elettorali magħmul minn għaxar membri tal-istaff akkademiku, għaxar membri tal-istaff amministrattiv, għaxar studenti, seba membri maħtura mill-Prim Ministru u membru maħtur mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet.Għal kariga ta’ rettur jistgħu jibdew japplikaw dawk il-Professuri kollha li għandhom kondotta tajba.
Intant bil-liġi l-ġdida proposta, ser jinħolqu żewġ Kumitati ġodda sabiex l-operat tal-Universita’ jitjieb dawn huma l-Kumitat Strateġiku u Finanzjarju lill-funzjonijiet prinċipali tiegħu se jkun u li jipprepara pjan strateġiku u pjan istituzzjonali għall-Universita kull tliet snin fosthom baġit finanzjarju mifrux fuq tlett snin u pjan akkademiku annwali.
Min-naħa l-oħra l-Kumitat Eżekuttiv ser jinħoloq sabiex jieħu d-deċizjonijiet ta’ kuljum ta’ natura amministrattiva, bil-poteri ta’ dan il-kumitat ser ikunu iddelegati lill-Kumitat Eżekuttiv mill-Kunsill minn żmien għal żmien.
Il-Bordijiet tal-Fakultajiet issa jridu jibdew jikkonsultaw mal-partijiet interessati qabel ma’ jiddeterminaw l-istudji u l-kontenut tal-istudji tal-fakulta’ relattiva.
Id-Dekani tal-Fakulta ser jibda jiġu eletti b’ maġġoranza tal-voti tal-membri tal-istaff akkademiku tal-Fakulta, Staff amministrattiv u raprezentanti tal-Istudenti.
Iżda fuq kollox id-deċizjonijiet li jieħdu l-istrutturi Universitarji mhux ser jibqaw dawk finali dan hekk kif għall-ewwel darba l-Universita’ ser ikollha organi u sistemi tal-appell dan hekk kif kemm uffiċjal, impjegat, student jew kwalunkwe membru tal-Universita’ jkollhu ċ-ċans li jappella minn kwalunkwe deċizjoni li tittieħed.
Dan l-abbozz tħejja wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati fl-Universita’ ta’ Malta, b’ dak meqjus bħala finali ser jerġa jmur għall-konsultazzjoni qabel eventwalment jgħaddi mill-Parlament.