Fid-dawl tal-avvenimenti riċenti fejn issemma student transgender, l-Universitá ta’ Malta se tkun qed tinvestiga l-kummenti li għamel il-lecturer tal-Universitá Stephen Florian fil-konfront ta’ persuna transgender.
L-Università ta’ Malta, fi stqarrija, enfasizzat l-impenn tagħha biex tappoġġa u tipproteġi d-diversità u d-drittijiet tal-individwi kollha.
“L-Università tiddisassoċja ruħha mingħajr riżervi mill-azzjonijiet kollha, kemm verbali jew f’forma ohra, kif ukoll dawk li jinkoraġġixxu d-diskriminazzjoni u / jew il-mibegħda razzjali kontra kwalunkwe grupp ta’ nies.”
Dan b’reazzjoni għal dak li qal fuq facebook uffiċjal tal-Għaqda Patrijotti Maltin li huwa lecturer tal-Universitá, wara li uża l-ġeneru ta’ Alex Caruana, li huwa persuna trans, biex jgħajjru għax ipparteċipa f’manifestazzjoni kontra l-immigranti.
L-Universitá ddikjarat li temmen bis-sħiħ fid-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-assoċjazzjoni, l-Università ta’ Malta tikkundanna l-azzjonijiet kollha li huma mmotivati, totalment jew parzjalment, minn kwalunkwe forma ta’ ostilità lejn gruppi diversi.
L-Università kkjarifikat ukoll li Stephen Florian, m’huwiex akkademiku full-time, iżda part-time visiting lecturer.
Aqra aktar: Il-patrijott jiskuża ruħu