Ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Malta Enterprise u d-Dipartiment tal-Kimika u t-Teknoloġija Farmaċewtika tal-Università ta’ La Sapienza f’Ruma.
Ftehim li se jwassal biex il-Malta Enterprise tevalwa applikazzjoni mill-Università Taljana biex jigi allokat lilha spazju f’pajjizna ghal laboratorju state of the art.
Laboratorju li se jservi biex isiru testijiet u verifiki li jwasslu ghal zviluppi fl-industrija tal-kannabis mediku.
Il-Ministru Chris Cardona innota kif dan hu possibbli wara li s-sena li għaddiet f’pajjiżna għadda liġi biex tkun introdotta l-industrija tal-kannabis mediku f’pajjiżna.
Pass li wassal biex il-Malta Enterprise approvat sbatax-il applikazzjoni f’dan is-settur, filwaqt li ħafna oħrajn, li ma kinux tal-livell meħtieġ, ġew miċħuda.
Innota kif pajjiżna għandu storja twila u b’saħħitha fejn tidħol l-industrija tal-farmaċewtika – u r-reputazzjoni tajba taghna tista’ tissarraf anke fil-qasam tal-produzzjoni tal-kannabis mediku. Tenna ghaldaqstant li pajjiżna jrid ikun leader Ewropew għas-settur tal-Kannabis Mediku.