Wara numru ta’ diskussjonijiet li saru bejn l-Università Amerikana ta’ Malta, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, u l-Kumitat tal-Festa ta’ Bormla, l-AUM kkommettiet ruħha li tipprovdi assistenza u kollaborazzjoni fl-organizzazjoni u l-preparazzjoni tal-Festa Tradizzjonali ta din l-lokalita’.
L-AUM, li tinsab fil-qalba ta’ Baċir Numru 1 f’Bormla, fetħet il-bibien tagħha għall-Kumitat tal-Festa u offriet parti mill-binja tagħha sabiex jkunu jistgħu jiġu maħżuna affarijiet loġistiċi, dekorazzjonijet, u ornamenti relatati u assoċjati mal-festa li ssir kull sena.
L-AUM qablet ukoll li tagħmel disponibbli spajjzu apposta fuq il-kampus tagħha sabiex setgħu jiġu armati ornamenti u dekorazzjonijiet tradizzjonali relatati mal-istess festa.
Minħabba li l-AUM hija meqjusa bħala parti integrali mill-komunità ta’ Bormla, delegazzjoni mill-AUM ħadet sehem ukoll fl-attivitajiet kollha tal-festa.
Ilbieraħ, numru ta’ membri tal-Kumitat tal-Festa ta’ Bormla żaru l-Università Amerikana ta’ Malta fejn iltaqgħu uffiċċjalment ma’ membri tal-Amministrazzjoni.
Waqt din iż-żjara, il-Kumitat ippreżenta tifkira ta’ apprezzament lit-tim tal-AUM għall-impenn tal-Unversità lejn il-festa tal-lokal. Il-Kumitat tal-Festa u l-Maniġment tal-AUM żammu laqgħa żgħira, f’liema laqgħa kien hemm ukoll preżenti il-President tal-Università, Dr Michel Najjar.
Ritratt: Ronald Photography