“L-unità u l-għaqda biss tista’ tipprometti futur aħjar għaż-żgħażagħ tagħna. Ewropa li tilqa’ sfidi u ma titlifx lilha nnifisha. Ejja ma nitilfux il-perspettiva lanqas. L-isfidi li qed naffaċċjaw illum, m’għandhomx x’jaqsmu ma dawk li affaċċjaw missierijirna.” Dan kien il-messaġġ li wassal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.
Juncker spjega kif niesna qed iħarsu “lejna, id-dinja kollha qed iħarsu lejna. Iktar ma tmur il-bogħod mill-Ewropa tara l-approvazzjoni ta’ dak li ksibna f’sittin sena. Ksibna ħafna. Fosthom il-paċi, kważi paċi eterna meta l-bqija tad-dinja maħuma mill-gwerer u l-kunflitt.” Hu qal li forsi ma aħnix kburin biżżejjed għal dan, madanakollu ma aħniex sempliċiment estenzjonjiet ta’ missierijietna.
Sostna li għandna nkunu iktar kburin bl-Ewropa, “fejn għandna paċi kostanti fil-kontinent, a single currency, xi ħaġa li ma mmiġajniex li se ssir, għandna l-aqwa suq fid-dinja, u għaqqadna l-Istorja u l-Ġeografija. Jien se niffirma din id-dikkjarazzjoni f’isem dawk li ffirmaw f’isem il-Lussemburgu fl-1957. Xi firem ma jmutu qatt.”