‘Cover up’ jagħmlu min ifixkel il-proċess tal-ġustizzja. Kif iħobb jagħmel il-Partit Nazzjonalista bl-alleati tiegħu.
Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija, fejn saħaq li fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista u l-alleati tiegħu l-ewwel jgħidu li l-istituzzjonijiet ma jwettqux xogħolhom, imma fl-istess ħin jaraw kif l-istess xogħol jiġi mfixkel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istqarrija żiedet tgħid kif il-Prim Ministru mhux talli m’għamel ebda cover-up, iżda talli kif inhu pubblikament magħruf kien l-uffiċċju tiegħu li rrapporta l-ewwel każ ta’ allegat abbuż. Eventwalment saru l-investigazzjonijiet meħtieġa u tressqu l-persuni l-Qorti.
Iżda, bħal każijiet oħra l-Partit Nazzjonalista mhux mis-sewwa jinteressah iżda mill-kapital politiku, temm jgħid il-PL.