Emmy hija t-tifla Tajlandiża ta’ tliet snin li stenbħet qalb sħabha li kienu għadhom kif inqatlu waqt attakk f’ċentru għall-ħarsien tat-tfal din il-ġimgħa.
X’ħin qamet, hi kienet għadha ma ntebħetx x’kien ġara, u fil-fatt, ħasbet li sħabha kienu għadhom reqdin. Ftit wara, il-pulizija ħarġu lit-tifla minn qalb id-demm iċarċar b’wiċċa mgħotti biex ma tarax ix-xena krudili li kienet fiha.
Il-klassi tat-tifla kienet fost li attakka l-eks uffiċjal tal-pulizija, fejn ftit qabel kienet impenjata tpenġi fost attivitajiet oħra għal tfal daqstant żgħar.
Għadu mhux ċar kif it-tifla kienet l-unika waħda li salvat minn dan l-attakk brutali, li sewa’ ħajjet 37 persuna fosthom għalliema bi tmien xhur tqala