Mill-bidu ta’ din is-sena, Malta ma kellhiex żieda fil-prezz tal-fjuwil.
Dan irriżulta minn statistika mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea li turi kif mill-bidu t’amministrazzjoni Laburista lura fl-elfejn u tlettax il-prezz tal-petrol naqas b’għaxra fil-mija (10%) filwaqt li d-diesel naqas bi tnax fil-mija (12%).
Dan fl-istess waqt li f’pajjiżi Ewropej il-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’biss ħamsa fil-mija (5%) u tnejn fil-mija (2%) rispettivament.
B’differenza għal dak li qed jagħmel Gvern Laburista, amministrazzjoni Nazzjonalista kienet għolliet il-prezz tal-petrol b’sitta u tletin (36%) fil-mija u l-prezz tad-diesel b’ħamsa u tletin fil-mija (35%) meta fl-Unjoni Ewropea ż-żieda kienet biss ta wieħed u 20 fil-mija (21%) fil-petrol u 17 fil-mija (17%).
L-istatistika wriet li din is-sena Malta mhux talli ma kelliex żiediet iżda mill-bidu tas-sena ‘l hawn il-petrol raħas bi 15-il ċenteżmu u d-diesel raħas bi 17 -il ċenteżmu. Roħs li qiegħda tgawdi minnu l-familja Maltija.
Dan hekk kif li kieku kellu jogħla l-prezz tal-fjuwil bħal ma ġara f’pajjiżi oħra Ewropej, kien ikollha tonfoq tliet ewro aktar fil-ġimgħa ma’ dak li diġa qiegħda tħallas.
Il-prezzijiet li jħallsu l-Maltin illum huma orħos minn dawk li qed iħallsu preżentament tlett mija, tnejn u sittin miljun Ewropej għall-fjuwil.
Għaldaqstant, il-ħidma ta’ gvern laburista favur l-istabbilita kompliet tħalli r-riżultati.