Il-Partit Laburista qal kif fil-ħames verżjonijiet differenti tal-manifest tal-Partit Nazzjonalista, l-unika ħaġa konsistenti hija t-terms and conditions.
Dan intqal fi stqarrija, fejn ġie nnutat kif mal-Partit Nazzjonalista mhux biss ma tafx fejn qiegħed, iżda tispiċċa li biex tibbenefika minn xi ħaġa trid toħroġ aktar milli ddaħħal.
Intqal kif min f’ħames snin ma kienx kapaċi joħroġ b’verżjoni ta’ manifest sod u studjat, aħseb u ara kemm jista’ jiġi fdat jagħmel Budget kull sena.
Il-Partit Laburista saħaq li bil-Kap Nazzjonalista mmorru lura għaż-żmien fejn il-Gvern joħodlok mhux jgħinek u jinċentivak.