F’konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliema tal-Oppożizzjoni tkellmu dwar l-ekonomija, iżda ma qalux li l-unika garanzija li jista’ jagħti Simon Busuttil hija li jreġġa’ l-arloġġ lura.
Il-Partit Laburista spjega li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jreġġa’ l-arloġġ lura:
- Minn fost l-aktar ekonomiji li qed jikbru għal Gvern li lanqas jilħaq il-miri li jpoġġi quddiemu huwa stess kif kien jiġri fl-aħħar Gvern Nazzjonalista;
- Minn defiċit u dejn taħt kontrol għall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv li kien daħħalna fiha Gvern ta’ Simon Busuttil u li wassal għal qtugħ ta’ €40miljun mill-baġits tas-saħħa u l-edukazzjoni;
- Mill-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, inqas minn 2,900 għall-qgħad li jlaħħaq it-8,000 ruħ;
- Minn kontijiet irħas li qed iħallu €80miljun fis-sena għall-familji u n-negozji għal kontijiet għolja u aktar tniġġiz;
- Minn childcare b’xejn għal childcare li trid tħallas medja ta’ €4,000 għalih
- Minn tnaqqis fl-income tax għal żieda fit-taxxi;
- Mit-tneħħija tat-taxxa fuq min jaqla’ l-minimum wage u għal taxxa ġdida fuq dawn il-ħaddiema, fost oħrajn
L-istqarrija tal-Partit Laburista spjegat li dan il-Gvern ħadem biex illum Malta hija suċċess u l-ġid qed jasal għand kulħadd. B’Simon Busuttil il-ġid imur biss għand l-istess erbgħa kif kien jiġri qabel.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa garanzija li jreġġa’ l-arloġġ lura.