Il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid bil-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fejn tfakkar il-ġurnata mit-twaqqif tal-Ewkaristija.
Ġurnata speċjali għall-Knisja Kattolika fejn tfakkar it-tiġdid tagħha.
L-Arċisqof Charles Scicluna kkonċelebra l-Quddies tal-Griżma bit-tberik taż-żjut fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt, il-Ħamis filgħodu. Din hi l-unika quddiesa li tiġi ċċelebrata fil-jum, fejn is-saċerdoti, flimkien mal-Kap tal-Knisja Kattolika, iġeddu l-wegħdi tagħhom quddiem Alla.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof tkellem dwar il-missjoni li qed iwettqu f’ħajjithom dawn is-saċerdoti biex ixandru l-kelma tal-Alla fost il-poplu. Hu qabbel lil dawn is-saċerdoti ma’ Ġesù, li ddikjara lilu nnifsu bħala l-mibgħut tal-Mulej fost il-ġnus.
Fil-funzjoni, l-Arċisqof bierek iż-żjut li jintużaw matul is-sena kollha fl-amministrar tas-sagramenti.
