L-Ungerija ħabbret li se tkun qed tipprotesta fil-konfront tal-Unjoni Ewropea dwar liġi li tillimita t-tagħlim tal-lingwi tal-minoritajiet etniċi tal-Ukraini, fosthom l-Ungeriż.
Il-Ministru Ungeriż għall-Affarijiet Barranin, Peter Szijjarto qal li se jkun qed iħeġġeġ lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin t-Tnejn li ġej biex jiġi rivedut il-ftehim ta’ sħubija tal-UE mal-Ukraina.
Il-liġi l-ġdida se tkun qed tagħmel il-lezzjonijiet tal-lingwa Ukraina mandatorja fi skejjel sekondarji.
Ir-reġjun ta’ Transcarpathia fl-Ukraina għandha madwar 150,000 Ungeriżi etniċi.