L-Ungerija ffirmat ftehim mal-kumpanija tal-Istat Russa Gazprom għal żieda fil-provvista tal-gass.
Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Ungerija se jkollha 5.8 miljun metru kubu aktar ta’ gass kuljum.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ungeriż Péter Szijjártó, li bħalissa qed jiltaqa’ ma’ ministri għall-Affarijiet Barranin oħra tal-Unjoni Ewropea fi Praga, qal li il-provvista tal-enerġija fl-Ungerija hija sigura.
L-Ungerija li hija dipendenti ħafna fuq l-enerġija Russa u li tieħu mat-80 fil-mija tal-gass li għandha bżonn mingħand Gazprom, topponi kwalunkwe sanzjoni mill-Unjoni Ewropea fuq il-gass mir-Russja.