Is-sireni għal darb’oħra reġgħu ndaqqu fi Kiev fl-Ukrajna, proprju jum wara li r-Russja wettqet fost l-agħar attakki li saru tul dawn l-aħħar xhur.
Iċ-ċittadini ġew imwissija biex jibqgħu fix-xelters u mhux ma jagħtux każ is-sireni.
L-istazzjonijiet Ukreni qed jirrapportaw li l-forzi Ukreni niżżlu erba’ missili Russi kmieni dalgħodu.
Filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol biex jerġa’ jkollhom l-elettriku wara li dan nqata’ kawża tal-attakki bil-bombi t-Tnejn li għadda.