L-Ukreni qed jiċċelebraw l-Milied għall-ewwel darba llum fil-25 ta’ Diċembru, bħal maġġoranza fil-bqija tal-Ewropa.
L-Ukrajna kienet tiċċelebra l-Milied tagħha fis-7 ta’ Jannar mar-Russja. Dan hekk kif qabel dan il-pajjiż kien parti mill-Knisja Ortodossa Russa, li telqet formalment minnha fl-2014, wara li r-Russja ħadet kontroll tal-Krimea.
Bil-għan li tneħħi kull dominanza Russa, f’Lulju li għadda, il-Gvern ta’ Volodymr Zelensky biddel il-liġi.
F’messaġġ li għadda l-Ħadd, il-President Ukren qal li l-Ukreni huma lkoll flimkien permezz ta’ din il-festa.