Ir-reġjun Russu, Kursk iddikjara lilu nnifsu fi stat ta’ emerġenza hekk kif il-forzi Ukreni komplew bl-avvanzi tagħhom fir-Russja. Ħaġa li ġrat għall-ewwel darba minn meta beda dan il-konflitt fi Frar ta’ 2022.
Fi stqarrija, il-Ministeru tad-Difiża Russu qal li l-militar tiegħu waqqa’ bosta “drone” Ukreni fl-inħawi ta’ Kursk.
Il-Gvernatur Reġjonali ta’ Kursk Alexei Smirnov stqarr li waqfu wkoll erba’ missili Ukreni mmirati lejn ir-reġjun.
Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy qal kif mijiet ta’ suldati Russi ċedew għall-forzi Ukreni.