Iċ-ċittadini Ukreni, li bħalissa pajjiżhom għaddej minn gwerra, għandhom jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa madwar l-Istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fil-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, fil-Lussemburgu.
Chris Fearne saħaq kif il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jagħtu l-għajnuna umanitarja b’mod sħiħ, bħalma jingħataw iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.
Id-Deputat Prim Ministru sostna kif din l-għajnuna umanitarja għandha tingħata, irrispettivament mir-riżultat tad-diskussjoni dwar is-sħubija tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.
Qal, “Irrespective of where the discussion on accession of the Ukrainian to the European Union, my fearing is that we should afford European healthcare service to Ukrainian citizens, to the same extent as we do with our European citizens, so we should offer, even now without any prejudice to discussions on accession.”
Kemm ilha li bdiet il-gwerra, fi Frar ta’ din is-sena, pajjiżna laqa’ numru ta’ tfal Ukreni għall-kura fl-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Fil-Kunsill tal-Ministri, il-Ministri tas-Saħħa tkellmu wkoll dwar id-direzzjoni għas-settur tas-saħħa fis-snin li ġejjin.