Il-funtana tat-Tritoni llejla nxtegħlet bl-ilwien nazzjonali tal-Ukrajna, l-isfar u l-ikħal, fl-okkażjoni tal-ewwel sena minn mindu bdiet l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Il-komunità Ukrena f’Malta llejla ngħaqdet ma’ komunitajiet simili f’pajjiżi oħrajn madwar id-dinja kollha u organizzat manifestazzjoni biex timmarka dan l-ewwel anniversarju.
Il-folla, li fiha kien hemm ukoll Maltin, żammet strixxun twil isfar u blu u anki ffurmat mappa umana tal-Ukrajna li turi l-fruntieri tal-pajjiż kif irrikonoxxuti mill-komunità internazzjonali.