Għall-ewwel darba fl-istorja tal-avjkazzjoni f’pajjiżna, il-forzi tal-ajru Ukreni kkonfermaw il-preżenza tagħhom fil-Malta International Airshow. Se jkunu qed jeżebixxu wieħed mill-frontline jets tagħhom, is-Sukhoi Su-17 ‘Flanker’. Dan it-tip ta’ ajruplan jintuża fil-ġlied u huwa magħruf għal żewġ manuvri partikolari, jissejħu ‘Cobra’ u ‘Bell’.
Bħala parti mill-wirja fuq l-art, se jkun hemm ukoll ajruplan tat-trasport tat-tip Iljushin Il-76. Dan se jkun l-ewwel ajruplan Il-76 iżda wkoll l-ikbar ajruplan tat-trasport li qatt kien eżebit hawn Malta. L-ajruplan li ġej Malta kien disinjat biex iwassal makkinarju tqil f’zoni remoti tal-Unjoni Sovjetika.