Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky stqarr li l-Ukrajna mhix se taċċetta trattat ta’ paċi jekk ir-Russja ma tirtirax it-truppi minn mall-fruntiera Ukrena.
Huwa fiehem kif l-Ukrajna hija stat sovran, u mhux se jaċċetta li biċċet mill-pajjiż jibqgħu taħt kontroll Russu.
Dan qalu fl-isfond ta’ battallja qalila mal-forzi Russi għall-belt ta’ Mariupol, fejn għad hemm numru ta’ persuni maqbudin f’nofs il-battalja.
Zelensky stqarr kif il-paċi jista’ biss jintlaħaq jekk l-Ukrajna tmur lura kif kienet fit-tlieta u għoxrin ta’ Frar, qabel l-invażjoni Russa, b’hekk ma nsistiex li l-Ukrajna tieħu lura l-peniżola ta’ Krimea, li kienet inħakkmet mir-Russi fl-elfejn u erbatax.
Għalhekk huwa appella għal aktar djalogu diplomatiku mar-Russja